Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo sostna li l-Gvern qed jisraq il-kredibbiltà, il-futur u l-fiduċja mill-ħaddiema Maltin.
Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-Gvern qed jipproponi li l-festi nazzjonali u l-ġranet pubbliċi jkunu ġranet fejn il-ħaddiem jitħallas. Hu kompla li l-PN jaqbel ma’ dan, iżda jittama li saru l-istudji meħtieġa fuq l-impatt ta’ din id-deċiżjoni fosthom kemm din se tkun tiswa għal min iħaddem biex ikun protett il-ħaddiem.
Edwin Vassallo qal li Gvern Nazzjonalista tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi ried jassigura l-kompetittività fil-kriżi ekonomika u kien għalhekk li ttieħdu ċertu miżuri. Hu sostna li l-Gvern Nazzjonalista ried jiggarantixxi x-xogħol lill-ħaddiema fi żmien ir-riċessjoni li għaddiet minnha d-dinja dak iż-żmien. Il-PL ma kienx jirrikonoxxi li fil-pajjiż kien hawn riċessjoni.
Edwin Vassallo qal li l-Gvern Laburista qed jagħti ferm inqas minn dak li diġà ħadilhom il-valur ambjentali, żieda il-persuni fil-periklu tal-faqar, b’żieda minina ta’ €15 fil-pjaga minima. Il-ħaddiema għandhom jingħataw lura l-fiduċja, il-futur u l-kredibbbiltà.
Hu qal li l-Gvern mhux qed jieħu l-miżuri effettivi u irrimarka li l-Gvern għandu jħallas lura s-€720 miljun li marru fil-korruzzjoni. Il-Gvern qed jisraq lill-poplu Malti bil-kuntratti tal-isptarijiet, tal-windfarms tal-Montenegro u l-ftehim tas-SOCAR.
//= $special ?>