L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ssaqsi lill-Ministru għall-Finanzi, li huwa responsabbli wkoll mix-Xogħol u allura mill-Bord tar-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi, jekk hux komdu biċ-Chairman tal-istess Bord wara li lbieraħ ġie ddikjarat mit-Tribunal Industrijali, li din l-istess persuna maħtura mill-Gvern Laburista huwa ħati tat-tkeċċija inġusta ta’ John Bundy meta kien Chairman tal-Public Broadcasting Services.
Sostna dan il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għax-Xogħol, Taħriġ, Kompetittività u Intrapriża, Jason Azzopardi wara li tul il-jum tat-Tlieta, l-istazzjon tal-Istat, il-PBS,
ġie ordnat iħallas lill-eks Kap Eżekuttiv tiegħu John Bundy is-somma ta’ €226,489 f’kumpens wara li Tribunal Industrijali ddeċieda li tkeċċa inġustament.
Bundy tkeċċa fl-2017 wara li l-Bord tal-PBS permezz ta’ verdett unanimu kien sfiduċjah wara allegazzjonijiet li xiri ta’ karozzi għall-PBS kien kiser ir-regoli.
Bundy, dejjem ċaħad l-akkużi li kien għamel il-Bord fil-konfront tiegħu, u fittex lix-xandir nazzjonali fuq tkeċċija inġusta, fejn ngħata raġun. It-Tribunal Industrijali ddeċieda llum li t-tkeċċija ta’ Bundy kienet inġusta, waqt li nnota li l-Bord kien iddeċieda b’mod unanimu li huwa jitkeċċa saħansitra qabel kien ikkonkluda l-investigazzjoni tiegħu.
//= $special ?>