Lokali Parlament

Il-parlament isellem lill-ex Ministru Joe Micallef Stafrace

Il-parlament sellem il-memorja tal-ex Ministru Laburista Joe Micallef Stafrace b’diskorsi mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li hu kien jaf lil Micallef Stafrace fil-Każin Laburista tal-Mosta u bħala espert tat-traffiku fil-qorti. Hu qal li Joe Micallef Stafrace kien jikkomunika miegħu fuq ir-riċerka u sostna Joe Micallef Stafrace kien persuna ta’ kwalitajiet.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li Micallef Stafrace hu x-xempju ta’ dak li għadda minnu l-PL fiż-żminijiet turbulenti tas-sittinijiet u s-sebgħinijiet. Ta’ 22 sena Micallef Stafrace kien sar editur tas-Sebħ, fl-1955 meta l-PL kellu kontrih l-establishment governattiv u tal-Knisja Kattolika.

Chris Fearne kompla li sentejn wara, fl-1957, għax ippubblika karikatura ta’ Gverntaur Ingliż, kien kundannat erbat ijiem ħabs. Micallef Stafrace kien ingħata wkoll l-interdett fl-1962 iżda dan ma żamm xejn lil Micallef Stafrace milli jkompli jkun attiv fil-PL.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li kull min jaf li Joe Micallef Stafrace, jaf li minkejja l-episodji koroh li semma’ l-Ministru Fearne, Micallef Stafrace kien persuna li rnexxielu jimxi ‘il quddiem. Hu qal li 26 sena ilu Joe Micallef Stafrace kien ġgant fil-kamp legali u kellu sens ta’ rispett kbir.

Hekk għandu jkun imfakkar Joe Micallef Stafrace, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li Micallef Stafrace kien u għadu persuna stmat fil-qorti. F’ħajtu, Micallef Stafrace kellu post għal kulħadd; fil-ħajja minkejja d-daqqiet u t-tbatija irridu nkunu kapaċi nikrbu b’mod matur u nelevaw lilna nnfusna minn kull pettegolezzi anki fil-kamp politiku.

Il-Kap tal-PN qal li kien jitkellem ma’ Joe Micallef Stafrace b’rispett ġenwin. Il-familja Micallef Stafrace rnexxielha tieħu l-kwalitajiet ta’ Joe Micallef Stafrace; aħna qabel kollox umani u persuni, aħna lkoll aħwa Maltin. Hu sellem lil Joe Micallef Stafrace u rringrazzjah għax xogħol politiku kbir li wettaq fil-pajjiż u għall-mod kif irnexxielu jbiddel ħafna nies għall-aħjar.