Lokali

Il-PN jifraħ lil Jesmark Scicluna

Ritratt: Inigo Taylor

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Jesmark Scicluna, sajjied mis-Siġġiewi u l-protagonist ewlieni tal-film Luzzu, li rebaħ unur prestiġġjuż f’wieħed mill-iktar festivals rinomati taċ-ċinema s-Sundance Film Festival.

Luzzu, hu l-ewwel film Malti li qatt intwera fis-Sundance Film Festival u qed jirċievi tifħir kemm mill-udjenzi kif ukoll mill-kritiċi taċ-ċinema b’rivisti internazzjonali bħal Variety u Screenplay ifaħħru t-teknika, t-tema u l-messaġġ ta’ dan il-film bl-ilsien Malti.

Karl Gouder, kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali, Wirt Nazzjonali u ż-Żgħażagħ saħaq li dan l-unur mhux biss jagħmel ġieh lil Jesmark Scicluna u t-tim ta madwaru iżda huwa wkoll unur għal Malta u Għawdex.