Ambjent Lokali

“Il-WasteServ għadha trid tfassal strateġija” – Miriam Dalli

Il-WasteServ għadha trid tfassal strateġija fuq kif jista’ jsir riċiklaġġ aħjar. Hekk qaltilna l-Ministru tal-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli meta kienet qed twiegeb lil Net News wara li ħareġ li l-istrateġija tas-“sort-it out” falliet.

“Rajt dawk il-fatti kif rahom kulħadd, jiena naf li l-WasteServ qed jaħdmu fuq strateġija biex jaraw li jkun strateiġija li tkun qed iżżid il-plastik li jkun riċiklat”

Il-Ministru Miriam Dalli qalet ukoll li hemm lok biex jitjiebu r-riżultati tar-riċiklaġġ f’pajjiżna.

“L-ammonti niżlu għal 1%, u hemm żgur lok għal titjib”

Intant, fi stqarrija li ħarġet mill-Wasteserv bħala tweġiba għal dan ir-rapport tal-NAO ntqal illi hemm bżonn li jkun hemm qafas politiku ċar. Il-Wasteserv ammettiet li minn meta seħħew in-nirien fl-impjant tar-riċiklaġġ f’Sant’Antnin, il-performance tar-riċiklaġġ ta’ Malta ġiet affetwata drastikament…iżda qed tgħid li issa qed tikseb riżultati pożittivi.

Il-Wasteserv fir-risposta tagħha qalet li il-kumpanija hija konxja tas-sitwazzjoni u qed taħdem kontinwament biex ittejjeb il-performance ta’ Malta.