Fil-qalba ta’ Pembroke f’nofs żona li għadha titqies bħala pulmun aħdar f’din il-parti ta’ Malta, ġiet installata struttura artistika kontemporanja li l-għan taghha hu li tintegra ruħha man-natura tal-madwar.
L-istruttura ġiet ispirata mill-famuż arloġġ ta’ Pembroke – karatteristika famuża ta’ din il-lokalità – kif spjegalna l-artist innifsu, Stephen Saliba.
L-artist żamm f’moħħu li din il-ħolqien tiegħu tagħmel parti minn żona rikreattiva, li tara ħafna familji bit-tfal żgħar iqattgħu il-ħin liberu tagħhoma fiha, u għaldaqstant, din l-istruttura, minbarra li dawk aktar maturi se japprezzaw l-estetika artistika tagħha, dawk aktar ċkejknin se jgawdu minnha bħala post fejn jistgħu jgħixu l-avventuri tagħhom.
//= $special ?>