Illejla kienet ikkonfermata l-aħbar li kienet żvelata mill-paġna ta’ Facebook ta’ Replay dwar il-possibilità li Jeffrey Farrugia jirriżenja minn President tal-klabb ta’ Sliema Wanderers, bl-istess Farrugia llejla bagħat l-ittra tar-riżenja tiegħu lill-President u lis-Segretarju tal-MFA.
Dan wara li l-paġna ta’ Replay b’mod esklussiv żvelat kif Jeffrey Farrugia kien offra r-riżenja tiegħu lill-kumitat ta’ Sliema, bil-klabb ta’ Sliema kmieni wara nofsinhar joħroġ jiċħad din l-aħbar u jgħid li Farrugia se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ President.
Ir-riżenja ta’ Farrugia wasslet wara li fil-ġimgħa li għaddew irriżenjaw il-Viċi-President Keith Perry, it-Team Manager Alexander Muscat u s-Segretarju Ġenerali Martin Bonanno.
//= $special ?>