Il-qtil tal-Accountant Lino Cauchi, li kien seħħ fil-15 ta’ Frar tal-1982 meta huwa kien instab imqatta biċċiet f’bir fil-Buskett, seħħ fi żminjiet tal-biża. Negozjanti fil-propjetà kienu ta’ sikwit jiġu mhedda li jekk ma jċedux propjetà ma kienx se jinħarġilhom permessi fuq propjeta oħra.
Kien hemm ukoll okkażjoni persuna qrib l-eks Ministru Lorry Sant kienu jagħmlu theddid li dawn in-negozjanti li se jispiċċaw jinqatlu bħal Lino Cauchi. Spekulator tal-propjetà kien spiċċa wkoll vittma ta’ bomba, bir-riżultat li wara dan l-att atroċi, martu spiċċat mietet.
Min qatel lill Accoutant kien fi żmien li martu kienet qed tistenna tarbija. Il-mod ta’ kif kien maqtul sar minn persuna tas-sena, bi probabbilità kbira li kien żewġ persuni u li wieħed minnhom jew tnejn x’aktar li kienu xi biċċier jew xi ħadd li kellu ħanut tal-laħam jew razzet.
Il-qtil sar b’mod makabru, żewġ daqqiet ta’ mazza fuq rasu u wara spiċċa mqatta biċċiet b’serrieq tal-laħam kif ukoll b’serrieq tal-elettriku. Il-familja spiċċat imkissra bit-tifel tiegħu jispiċċa jagħmel 12-il sena ma joħroġx mid-dar u bi problemi kbar. Il-Pulizija ma għamlet xejn, bil-kriminal jew kriminali f’dan il-qtil makabru, jekk għadhom ħajjin, għadhom jiġru barra.
Dan ħareġ minn xhieda ta’ diversi persuni quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale fil-kawża li għamlet mart Lino Cauchi u binha, fejn qed jallegaw li 38 sena ilu l-istat falla fl-investigazzjoni tiegħu dwar dan il-każ.
Xhieda xokkant ħarġet minn fomm il-ġurnalista Dione Borg ta’ medialink communications li nvestiga l-każ u daħal fid-dettal, kif ukoll tal-espert xjentifu Anthony Abela Mediċi li xehed fil-każ b’mod virtwali.
Dione Borg qal li huwa tkellem ma’ diversi persuni fuq il-każ, fosthom diversi spekulaturi tal-artijiet kif ukoll mal-familja tal-vittma. Qal li dan il-każ mhux solvut li hu marbut mar-rabta bejn il-kriminali, il-korruzzjoni tal-artijiet u politiċi.
Huwa semma persuni viċin l-eks Ministru Lorry Sant, fosthom Piju Camilleri. Tenna li kien hemm rapporti sħaħ ta’ korruzzjoni li dawn anke ssemmew fil-Parlament. Dak iż-żmien qal li ma kienx hemm awtorijiet fuq permessi gtal-bini, kien jiddeċiedi kollox il-Ministru.
Huwa semma lin-negozjant Joe Borg, li mad-dar tiegħu għamlulu żewġ bombi. Ix-xhud qal li għandu email fuq dak li għadda minnu Joe Borg fejn l-artijiet kienu jibdlu l-idejn skont is-saħħa politika.
Dan kien spiċċa mhedded u li Borg kien semma wkoll lil Lino Cauchi, li kien jieħdu f’dawn il-laqgħat biex tinqasam l-art, dejjem bini bi prezz. Il-propjetà kien tinqasam li kienet ukoll titella’ bil-munita, fejn kienet se tkun trasferita. Min ma jaqbilx jispiċċa mhedded.
“Jew tingħata biċċa art lil Piju Camilleri, inkejja ma hemmx permessi għal xejn, minbarra t-theddid,” qal Borg. Dwar Lino Cauchi qal li jirriżulta li dak inhar li għeb huwa kien telaq mill-uffiċċju tiegħu fil-Belt, iltaqa’ ma’żewġ persuni u ma ġiex lura.
Borg qal li l-familja mill-ewwel bdiet tibża, fejn kien ukoll mar uffiċjal tat-taxxi interni u talab lil martu ‘box file’ li fih kellu ħafna dokumenti. Dan kien qallha li kellhom valur u biex ma tagħtihom lil ħadd, bil-mara tagħthomlu.
Ix-xhud qal li Cauchi ħareġ bi briefcase partikolari li mhux dejjem kien jużaha, din instabet sgassata iċ-Chadwick Lakes. Qal li l-ġisem ta’ Cauchi kien instab minn persuna li marret biex taħsel il-karozza fil-post magħruf bħala “Il-Bosk” tal-Buskett,
Din hija naħa imwarrba, viċin Dingli Cliffs. Dan huwa bir pubbliku, u kien hemm żmien jidħlu l-karozzi u ħafna kienu jidħlu hemm biex jaħsluhom, kif għamlet l-persuna li sabet lil Cauchi, wara li waqala’ l-barmil.
Dione Borg, qal li f’email li bagħtlu n-negozjant Joe Borg ftit tas-snin ilu qallu, li qabel l-elezzjoni tat-12 ta’ Diċembru tal-1981 kien hemm indikazzjomi li se jinbidel il-Gvern u għalhekk riedu jagħmlu li kellhom jagħmlu. Tenna li saret laqa’ Belt fejn kien hemm preżenti Joseph Pace, negozjant ieħor li kellu r-ristorant Magic Kiosk f’Tas-Sliema.
Piju Camilleri, persuna viċin ħafna Lorry Sant kien insista fuq propjetà fil-Fgura, u minħabba li kien baqa’ ftit qabel issir l-elezzjoni tagħtu ferneżija. Camilleri wara jirranġa ma’ Lorry Sant. F’din il-laqa’ intużat munita biex ikun magħruf fejn se jmorru l-plots li kienu qegħdin jiġu diskussi.
Lino Cauchi kien żamm dan il-ftehim li skont Joe Borg kien iffirmat kif għandhom jitqassmu l-artijiet minn nies preżenti f’dawk iż-żminijiet. Kien hemm tensjoni kbira. Joe Pace tal-Magic Kiosk, kien qalilhom ukoll “oqtulnu oqtluni”, ħuduha l-propjetà kollha fost ħafna theddid.
Dione Borg qal ukoll li l-mara ta’ Lino Cauchi spiċċat arrestat u tefgħuha f’ċella għal ħin twil u mar missierha b’rabja u qal lill-Pulizija “ara ma jiġriliex bħal Nardu Debono” li kien inqatel Wied iċ-Ċawsli f’Ħal-Luqa mill-Pulizija.
Abela Medici jgħid li l-qtil kien wieħed brutali
Xehed ukoll Dr. Abela Medici li qal li dak iż-żmien ir-rwol professjonali tiegħu kien ta’ xjentist u Diretturi Forensiku fil-laboratjoru tal-Pulizija. Qal li fil-15 ta’ Novembebru 1985, kien ċermpllu il-Maġistrat David Scicluna, li sar Imħallef fuq dan il-każ.
Huwa kien mar “Il-Bosk” limiti tal-Buskett fejn kien nstab kadavru imqatta’ . Qal li hemmhekk sab bir taħt is-siġar fejn kien kien hemm preħenti diversi uffiċjali tal-Pulizija.
Qal li huwa kien innota xi ħaġa fil-wiċċ, qiesha tal-kara pesta. Qal li għaddas niżel fil-bir fil-preħenza wkoll tal-Professoressa Maria Camilleri Podesta, li ddikjara li l-partijiet kienu umani.
Għall-ewwel kien maħsub li kienu partijiet ta’ mara fejn il-bir kien mimli b-ilma. Qal li huwa kien ordna biex il-bir jitbattal fejn fih kien hemm ukoll ħafna ġebel bil-fond tal-ilma ikun ta’ bejn it-tmienja u 10 piedi.
Abela Medici qal li meta l-persuna waqalu’ il-barmil fil-bir telgħet biċċa mill-katavru. Qal li hu u fotografu niżlu fil-bir ju kien hemm boroż tal-plastik li kienu weħli ma’ borġ ġebel. B’kollox kien hemm erba’ boroż.
L-ewwel intlemħu tlieta u li dawn kellhom il-ġebel fuqhom. l-ewwel borża kien hemm il-kranju ta’ persuna u mazza. Huwa kien informa lill-Maġistrat Scicluna li qallu li dan kien qtil jew li xi ħadd ipprova jiddisponi minn katavru.
Qal li baqa; jeżamina l-erba’ boroż u nġiebu skips u biex kull ma jittella, jiġi sippjat, mnifxef u marbul fost l-għadam u tissues tal-vittma misjuba. Inġabru u saret kostruzzjoni tal-kranju imfarrka, li kien imfarrak fi 28 biċċa differenti.
Qal li għġamluhom jigsaw puzzle u wara kienu wkoll marru l-Awstralja għal aktar stħarriġ. Tenna li saret awtopjsa li ma kinitx konkussiva mhux konklussiva u li tkellmu ma’ Ian West, patologu famuż l-Ingliż dwar dan.
Qal li fl-20 ta’ Novembru 1985 saret it-tieni awtopsja fil-preżenza ta’ West u Marie Therese Camilleri Podesta, l-Professur ALi Safraz u d-Dentis u Hector Galea, li għen ħafna fir-rikosruzzjoni tal-kranju.
Ħafna mill-għadam tal-vittma kienu maqtgħin f’żewġ livelli, parti minn serrieq tal-laħam u oħrajn tal-elettriku. Mix-xogħol li għamel Ian West. ħareġ li l-ġisem kien maskili u li l-persuni kienet twila ħames piedi u sitt pulzieri u li kellu bejn 30 u 40 sena.
Fil-bir kien hemm tissues madwar l-għadam, bħal laħam tal-koxxa tal-vittma u l-irkoppa bil-laħam. Kien ċar li l-ġisem intefa’ mill-ewwel fil-bir u li kien f’post kiseaħ fejn beda jidher qiesu sapun abjad.
Il-kranju kellu l-moħħ intatt
Il-kranju kellu l-moħħ intatt u dan seħħ għax meta jinqtel bneidem, anke jekk tidħol dubbiena u taħbat miegħu, din issir ilma, u ifisser li meta inqatel mill-ewwel intefa fil-bir u baqa’ preservat.
Il-mewta seħħetl-ewwel b’mazza fejn Cauchi qala’ żewġ daqqiet fil-kranju tal-xellug u tal-leminemin u l-mazza immeċċjat mal-frak tal-kranju. Il-Maġisttrat Scicluna kien ordna biex issir kostruzzjoni tal-wiċċ, gġħax f’dawk iż-żminijiet ma kienx hemm it-teknoloġija u l-ebda mezz ieħor.
Ix-xogħol kien biex ikunu ċerti jekk il-vittma huwiex Lino Cauchi b’ċertezza, xi ħaġa mhux fażli dak iż-żmien. Il-Pulizija kienu wkoll għaddew lista ta’ ħames persuni li kienu nieqsa dak iż-żmien, u dan peress li t-teknoloġija kienet dik li kienet u ma setgħetx tistabillix iċ-ċertezza u kienet diffiżli biex tressaq lil xi ħadd mingħajr ċertezza.
Ix-xhud qal li f’Awwissu tal-1987, il-Viċi Prim Ministru Guido Demarco kien awtoriżżah biex jattendi konferenza li ssir kull tliet snin fuq dan il-mestjier. Kienet saret ġewwa Vancouver Canada u hu mar fejn ċertu Kenneth Brown Awstraljan kien għamel preżentazzjoni fuq skoperta ġdida u li kellha l-importanza fil-każ.
Huwa kien.talab lil-Maġistrat David Scicluna li ħatru biex jagħmel xogħol fuq dan il-għan u bil-permess tal-Professur Demarco kien mar l-Awstralja fis-7 ta’ Marzu 1988. L-Awstralja talbuh biex itellgħu l-ġisem kollu u hekk sar. ħaduh
Kien ittella’ wkoll kadavru li kien instab fl-Għallis ta’ ċertu Emmanuel Micallef. Kien tella’ miegħu wkoll diversi ritratti kollha ta’ ‘missing persons’. Sar xogħol fuq iż-żewġ kaħijiet seaprati,
Hawn tneħħiet il-kostruzzjoni kollha tal-katavru l tnaddfaf b’kimika. Kienu ntbagħtu tmien ritratt oħra, u hawn ħareġ li dak li instab fil-bir kien Lino Cauchi. Wara huwa nforma lill-Maġistrat Scicluna li kien qal lil-Kummissarju tal-Pulizija biex jipproċedu u jibdew l-investigazzjoni.
Kien f’dan il-kuntest li kien hemm spekulazzjoniji qawwija bi propjetà li kienu jinħarġulha permessi għall-iżvilupp evidentemnet b’manipulazzjoni tal-ippjanar taħt direzzjoni indebita politika.
Minn xhieda diġa’ mogħtija fil-Qrati li Lino Cauchi kien jagħti servizz professjonali dwar taxxa u kwistjonijiet relatati lill-grupp ta’ personalitajiet li f’pajjiżna kellu ħafna poter u li kienu mdawwrin mal-ex Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi ta’ dak iż-żmien Lorry Sant.
Kmieni f’Diċembru tal-1981, kienet saret laqgħa fl-uffiċċju ta’ Joe Pace, magħruf bħala Pace tal-Magic Kiosk fejn kienu preżenti klikka ta’ persuni viċin l-eks Ministru Lorry Sant. Lino Cauchi kien imqabbad jabbozza konvenju konċernati l-propjetajiet li kienu qegdin jiskambjaw bejniethom il-persuni preżenti.
Jidher li Lino Cauchi kellu xi oġġezzjonijiet għal dak li kien qed jiġri tant li f’xhieda miġbura quddiem l-Imħallef Emeritu Silvio Meli, jingħad li hekk kif Lino Cauchi telaq minn dik il-laqgħa kien hemm min għamel teheddia serja fuq ħajjet l-istess Lino Cauchi.
L-armla ta’ Lino Cauchi, Anna Cassar u binha Paolo Cauchi esprimew dan kollu f’rikors li ippreżentaw quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni tagħha ta’ Qorti Kostituzzjonali fil-konfront tal-Prim Ministru, dan ftit aktar minn xahar wara li kienu ppreżentaw ittra ġudizzjarja li talbet lill-Prim Ministru u lill-Ministru tal-Ġustizzja jħallas kumpens għall-qtil mill-istat.
Mart u bin il-vittma qed jitolbu lill-Qorti biex tiddeċiedi li huma u Lino Cauchi kienu diskriminati mill-Istat meta naqas li jinvestiga l-għajbien tiegħu u meta l-istess Stat naqas milli jagħtihom kumpens xieraq bħal ma ngħataw individwi oħra f’ċirkostanzi anqas gravi.
Fost ix-xhieda l-oħra kien hemm diversi ġurnalisti minn media differenti li ppreżenaw rapporti minn naħa tal-media tagħhom fuq dan il-każ kif ukoll is-Suprentent James Grech, u l-Ispettur Shawn Pawney f’isem il-Kummissarju tal-Pulizija, bil-Qorti tordna li x-xhieda tiegħu ma tiġix irraputata minħabba n-natura tal-każ.
Xehed l-Imħallef Emeritus Lawrence Quintano mill-Kummissjoni ta’ Kontra l-Korruzzjoni, li qal li skont il-liġi ma jista’ jgħid xejn f’kawżi bħal dawn u l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg li preżentat dokumenti li hemm fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali relatati ma’ dan il-każ.
Għall-mara u iben il-vittma qed jidher l-Avukat Peter Fenech filwaqt li l-Avukat ta’ l-Istat Chris Soler u l-Avukat Maurizio Cordina qegħdin jidru f’isem il-Gvern.