Coronavirus Sport Sport Ieħor

L-organizzaturi tal-Olimpjadi b’sett ta’ regoli li jiżguraw li l-logħob isir

L-organizzaturi tal-Olimpjadi ta’ Tokjo ppubblikaw sett ta’ regoli li se jiżguraw li l-logħob Olimpiku jkun jista’ jsir.

Dawk li se jattendu għall-Olimpjadi mhux se jkunu jistgħu jkantaw u jgħajjtu sabiex jinkoraġixxu lill-atleti u lanqas se jkunu jistgħu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u l-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali ppubblikaw ‘playbook’ għall-Federazzjonijiet Internazzjonali kif ukoll għall-uffiċjali li se jattendu. Dawk li jattendu se jkunu mħeġġa sabiex jinfromaw lill-awtorijtajiet bil-postijiet fejn se jkunu qed iżuru fl-ewwel 14-il jum tagħhom f’Tokjo, bl-atleti se jkunu ttestjati b’mod regolari kemm qabel kif ukoll meta jaslu f’Tokjo.

Dawk li se jirriżultaw pożittivi għall-coronavirus se jkunu qegħdin jiġu iżolati f’faċilità approvata mill-Gvern Ġappuniż.