Futbol Sport

Liverpool maħsuda minn Brighton f’Anfield

(Ritratt: EPA)

Liverpool kien maħsuda minn Brighton meta f’Anfield rebħulhom 1-0. Wara li matul l-ewwel taqsima Brighton rnexxielhom iżommu l-offensiva avversarja, fis-56 minuta marru saħansitra fil-vantaġġ. Gowl ta’ STEVEN ALZATE li għeleb lil Kelleher minn azzjoni ta’ Leandro Trossard. Gowl li kien biżżejjed biex Brighton wettqu s-sorpriża tal-ġurnata u telgħu fil-15 il-post fil-klassifika filwaqt li Liverpool b’din it-telfa niżlu fir-raba’ post b’distakk ta’ seba’ punti mill-leaders Manchester City

Il-leaders tal-klassifika, Manchester City hadu biss erba’ minuti biex fetħu l-iskor b’GABRIEL JESUS jgħeleb lil Nick Pope. Manchester City komplew jiddominaw fejn fid-39 minuta rduppjhaw permezz ta’ RAHEEM STERLING minn azzjoni ta’ Ilkay Gundogan.

Leicester kisbu rebħa faċli ta’ 2-0 fuq Fulham biex b’hekk telgħu fit-tielet post. Kollox deċiż matul l-ewwel taqsima. Fis-17 il-minuta minn azzjoni ta’ James Madison kien KELECHI IHEANACHO li għeleb lil Areola. Fl-44 minuta kien JAMES JUSTIN li rdoppja għal Leicester City minn azzjoni ta’ James Madison. Rizultat liu permezz tieghu Leicester City saħħew posthom fit-tielet post fil-klassifika bi 42 punt.

Everton irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Leeds 2-1. Fid-9 minuta b’Everton fuq l-offensiva fethu l-iskor. Pass ta’ Lucas Digne’ lejn GYLFI SIGURDSSON li għeleb lil Meslier. Everton irduppjaw erba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ DOMINIC CALVERT LEWIN li minn azzjoni ta’ Ben Godfrey għeleb mill-ġdid lil Meslier. Leeds naqqsu l-iskor fit-48 minuta meta minn azzjoni ta’ Patrick Bamford kien RAPHINHA li għeleb lil Robin Olsen għat 2 – 1, rizultat li biħ intemmet wkoll il-partita.

West Ham komplew bil-mixja pożittiv tagħhom meta għelbu lil Aston Villa 3-1. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fil-51 minuta West Ham fetħu l-iskor wara li TOMAS SOUCEK għeleb lil Emiliano Martinez. Fis-56 minuta West Ham irduppjaw. Azzjoni minn Michail Antonio b’JESSE LINGARD mill-ġdid għeleb lil Martinez. Fil-81 minuta Aston Villa naqqsu l-iskor permezz ta’ OLLIE WATKINS minn pass ta’ Jack Grealish. Madankollu żewġ minuti wara kien mill-ġdid JESSE LINGARD li skorja t-tielet gowl għal West Ham u għalaq il-partita.

PREMIER LEAGUE
Ilbieraħ: Sheff Utd v WBA 2-1, Wolves v Arsenal 2-1, Man Utd v Southampton 9-0, Newcastle v C. Palace 1-2 Illum: Burnley v Man City 0-2, Fulham v Leicester 0-2, Leeds v Everton 1-2, A. Villa v West Ham 1-3, Liverpool v Brighton 0-1 Għada: Tottenham v Cheslea 9.00pm