Lokali Parlament

M’għandux ikun aċċettabbli li familji jispiċċaw żgumbrati minn djarhom

Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-Qorti dwar id-drittijiet tas-sidien ta’ propjetajiet, l-obbligu tal-Gvern hu li jassigura li ma jkunx hemm familji li jispiċċaw żgumbrati minn djarhom.

Fl-Aġġornament tal-parlament Adrian Delia qal li l-mewt ta’ Miriam Pace kien avveniment katastrofiku iżda llum hawn nies oħra li qed jitilfu djarhom. Hu sostna li dwar dan mhux se jsiru inkjesti dwar ħtija iżda hemm responsabbiltajiet oħra.

Hemm nies oħra li jeħtieġ ikunu responsabbli direttament għal dak li seħħ. Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-parlament bidel il-liġijiet dwar il-kirjiet u l-propjetarji u għas-sentenzi tal-qrati fejn is-sidien tal-propjetà qed jingħataw rikonoxximent li d-djar huma tagħhom b’konsegwenzi li dawn qed jieħdu lura l-pussess tal-propjetà jew iż-żieda li r-residenti jkollhom iħallsu; dawn qed jiffaċċjaw theddida.

Hu sostna li hu sew li s-sidien kollhom il-protezzjoni tal-qorti iżda mhux sew li l-Gvern qed jinjora r-realtà tar-residenti; dan minħabba sentenzi tal-qorti. Id-deputat Nazzjonalista kompla li hawn residenti li mhux se jkunu jistgħu jirritornaw fi djarhom propju f’mument diffiċli għall-ekonomija.

Adrian Delia qal li bil-komputazzjoni tal-liġi l-ġdida, issa qed kollhom iħallsu eluf fis-sena b’mod imemdjat. Dan qed jeffettwa lill-pensjonanti li ma kienux preparati għal din, m’għandhomx propjetà oħra u ma jistgħux jmorru jaħdmu. Din ma tapplikax għall-pensjonanti biss iżda għal familji oħra. Hawn ammont kbir ta’ każi ta’ żgumbrament ta’ persuni, bla ebda alternattiva.

Id-deputat Nazzjonalista appella lill-Gvern jispeċifika kemm hawn persuni u familji f’din is-sitwazzjoni u biex il-Gvern jipprovdi t-tgħarif ta’ fuq kemm medda se jkun hemm l-effetti. Il-Gvern għandu jgħid jekk din il-problema kienitx diskussa u jekk hemm pjani għal din il-problemi għaliex il-pajjiż ma jistax jibda jiddependi fuq il-karità jew li jkollhom jintervjenu l-ulied.

Adrian Delia kompla li se jitlob u jaġġorna lill-parlament biex iqanqal appoġġ dwar din il-problema ta’ piż fuq ċittadni. Nippretendi li jekk din se tkun is-sena tal-elezzjoni allura jittieħdu miżuri immedjati bi struttura, sostna Adrian Delia.