Is-sit elettorniku tal-ġurnal ILLUM żvela li l-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi ġie imsejjaħ għal interrogazzjoni oħra mill-Pulizija.
Il-Membru Parlamentari qatta’ madwar 90 minuta fil-bini tat-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi fil-Ħamrun.
Konrad Mizzi kien is-sid ta’ waħda mill-kumpaniji fil-Panama, marbutin ma’ 17 Black u li minnha kellhom jgħaddu mal-$2 miljun fl-ewwel sena minn negozju marbut mat-turiżmu u l-iskart.
Mizzi kien ukoll il-moħħ wara l-proġett kontroversjali tal-Electrogas, u d-deal li kien sar ma’ Vitals Global Healthcare.