Futbol Sport

Rebħa importanti għal Lija

(Ritratt: MFA)

Lija A…………………………..2

Tarxien R……………………..0

Lija A: L. Bonnici, L. Muscat, I. Borg, N. Micallef, J. Brandan, O. Serrano, M. Jimenez, C. Gil (H. Wood 79’), C. Giordimaina, C. Flores, G. Alhinho (D. Scerri 74’)

Tarxien R: J. Borg, C. Conceicao, E. Zarate, D. Falzon, V. Plut, E. Rosado, L. Sciberras (J. Debono 59’), I. Paz, K. Gatt, R. Kooh Sohna, C. Escobar

Referees:  S. Petrovic

Assitenti referees: E. Spiteri, I. Galea

Lija Athletic kisbu rebħa importanti fit-tamiet tagħhom li jsalvaw posthom fil-Kampjonat BOV Premier fl-istaġun li ġej meta f’partita diretta għelbu lil Tarxien Rainbows 2-0. L-ewwel azzjoni denja tal-partita waslet mal-11 –il minuta meta l-freekick mid-distanza ta’ Valdo Alhinho, impenja lil Jurgen Borg li salva tajjeb, bid-difiża ta’

Tarxien tbiegħed il-periklu. Tarxien ħasbu li fetħu l-iskor mal-kwarta logħob hekk kif minn freekick, Plut bir-ras għeleb lil Bonnici bl-assistent referee jkun pront jgħolli l-bandiera u jħassar il-gowl għall-offside. Lija fetħu l-iskor żewġ minuti wara meta minn cross ta’ Alhinho, kien Leon Muscat li niżżel bir-ras lejn Brandan li l-konklużjoni tiegħu sabet lil MIGUEL PEREZ li mill-viċin xeħet ġewwa. Lija komplew jiksbru fil-partita u resqu viċin li jirduppjaw fil-25 minuta meta minn azzjoni maħduma b’mod tajjeb il-konklużjoni ta’ Brandan għaddiet ftit barra. Tarxien rrispondew u tliet minuti wara minn cross ta’ Falzon d-daqqa ta’ ras ta’ Kooh Sohna għaddiet ftit għoli. Fid-39 minuta, opportunità oħra għal Tarxien meta minn cross minn fuq ix-xellug, kien Edison Bilbao Zarate li minn pożizzjoni komda bir-ras xeħet barra.

Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, Borg kien strumentali biex dawwar x-xutt ta’ Alhinho f’corner. Fit-tieni taqsima Lija baqgħu aħjar mill-avversarji u fis-66 minuta ngħataw penalty  meta r-referee ġġudika lil Camilo Escobar li miss il-ballun b’idu fil-kaxxa, biex minn ħdax-il metru, FERNANDO BRANDAN ma żbaljax b’Lija jagħrfu jżommu r-riżultata sat-tmiem.