Lokali

Sewwieq ta’ mutur iġarrab ġrieħi gravi fil-Gudja

Sewwieq ta’ mutur mill-Gudja kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7 tal-Erbgħa filgħodu fi Triq Ħal Tarxien, fil-Gudja stess, meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 45 sena tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha, bil-konsegwenza li waqa’.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.