Futbol Sport

Sliema jiċħdu rapporti fil-midja lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier, Sliema Wanderers ċaħad rapporti fil-midja lokali li l-President tal-klabb Jeffrey Farrugia rriżenja jew se jirriżenja fis-sigħat li ġejjin.

Fi stqarrija l-klabb qal li l-President se jibqa’ kommess li jgħin lill-klabb jegħleb l-isfidi li għandu quddiemu. Dawn l-ispekulazzjonijiet dwar il-futur tal-President tal-klabb, joħorġu wara li fl-aħħar ġimgħat bosta plejers ta’ Sliema għamlu kuntatt mal-MFPA dwar nuqqas ta’ ħlas kif ukoll wara numru ta’ riżenja mill-amminstrazzjoni tal-klabb.