Lokali

Wieħed minn kull erba’ anzjani fir-residenzi ħadu l-Covid-19

Wieħed minn kull erba’ jew ħames anzjani fir-residenzi ta’ pajjiżna kienu, jew għadhom infettati bil-virus  tal-Covid-19.

Din iċ-ċifra inkwetatni tahilna l-istess Ministru tal-Anzjani Michael Farrugia waqt attività fir-residenza San Vinċenz de Paule.

“20% JEW 25% TAL-ANZJANI FIR-RESIDENZI INSTABU POŻITTIVI GĦALL-COVID. META TQIS DAWK LI TILFU ĦAJJITHOM U META WIEĦED JIKKONSIDRA L-VULNERABBILITÀ TA’ DAWN IL-PERSUNI, DAWK HUMA Ċ-ĊIFRI”

Il-perċentwal ta’ 25% jfisser li 1 minn kull erba’ persuni li jinsabu f’residenza tal-anzjani ħa l-virus, bil-Ministru jindika li r-rata ta’ mwiet imbagħad tirriffletti dawn iċ-ċifri.

Din hija statistika inkwetanti mhux ftit anke għaliex l-anzjani f’dawn ir-residenzi ilhom f’lockdown sa minn Marzu li għadda. 10 xhur ma jistgħux joħorġu – xi ħaġa li f’għadd ta’ anzjani qed tħalli effetti negattivi mhux biss fuq is-saħħa fiżika iżda anke dik mentali.

Il-Ministru wiegħed li sat-3 ta’ Marzu l-anzjani kollha fir-residenzi kollha jkunu tlaqqmu biż-żewġ dożi tal-vaccin.

Intant, fl-aħħar sigħat, il-Professur Charmaine Gauci ikkonfermat 12-il każ ieħor tal-varjant Ingliż, li 6 minnhom ħaduh mill-istess persuna.