Futbol Sport

Co-opted żewġ persuni fil-kumitat ta’ Floriana

Fi stqarrija uffiċjali, l-klabb ta’ Floriana ħabbar li Johann Said u Matthew Carbone kienu co-opted bħala membri fil-kumitat tal-klabb ta’ Floriana.

Fl-istess stqarrija, Floriana qalu wkoll li l-Viċi-President tal-klabb Peter Agius mhux se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Team Manager, bil-kumitat tal-klabb jirringrazzja lil Agius tal-ħidma tiegħu wara li kien importanti fis-suċċessi li l-klabb kiseb fl-aħħar snin.

S’issa Floriana għadhom mingħajr President hekk kif fit-18 ta’ Ottubru rriżenja minn kariga ta’ President Riccardo Gaucci. Dan l-istaġun Floriana kellhom prestazzjonijiet deludenti bl-aħħar rebħa tat-tim tasal fis-6 ta’ Diċembru fid-derby kontra Valletta u minn dakinhar Floriana bidlu wkoll il-kowċ fejn minflok Enzo Potenza ħa t-tmexxija tat-tim John Buttigieg.