Internazzjonali Lokali

Eku tal-attentat li seħħ kważi 3 snin ilu f’Pariġi

Diplomatiku Iranjan weħel 20 sena ħabs wara li nqabad li kien se jwettaq attakk ta’ bomba waqt rally li kienet qed issir f’Pariġi fi Franza.

Dan l-attentat iżda b’xi mod jew ieħor għandu rabta ma’ Malta hekk kif preżenti għal din ir-rally kien hemm id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea, fejn fost l-oħrajn kien anki wassal diskors.

Assadollah Assadi ta’ 49 sena kien jaħdem fl-ambaxxata tal-Iran fi Vjenna u kien il-moħħ wara dan l-attakk. Tliet persuni oħra kienu arrestati u ingħataw 17-il sena ħabs wara li nqabdu li kienu kompliċi biex isir dan l-attakk, inkluż koppja Iranjana bil-passaport Belġjan li wara li jiskontaw is-sentenza se titneħħilhom iċ-ċittadinanza Belġjana.

Assadollah Assadi

Għal din ir-rally kien hemm anki l-avukat tal-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump, Rudy Giuliani.

Għal din ir-rally kienu attendew eluf ta’ Iranjani li jgħixu fl-Ewropa.

X’nafu s’issa?

  • Ir-rally kienet organizzata mill-Oppożizzjoni tal-Iran, minn dawk kollha li ħarbu mill-Iran u li llum jridu li l-Iran ikun pajjiż fejn ikun hemm id-demokrazija.
  • Mill-istudju li sar iżżiżulta li l-bomba kienet saret fil-Belt Kapitali Iranjana Tehran.
  • L-attakk kien iffukat li jsir fuq il-Kunsill Nazzjonali tar-Resistenza tal-Iran (NCRI).