Futbol Sport

Għajnsielem mal-aħħar 16 tal-FA Trophy

(Ritratt: Martin Agius)

Għajnsielem……………………………..2

Victoria H…………………………………..0

F’partita bejn żewġ timijiet Għawdxin mill-Ewwel Diviżjoni, Għajnsielem kwalifika għar-round tal-aħħar 16 tal-FA Trophy hekk kif fil-Gozo Stadium għelbu lil Victoria Hotspurs 2-0. Fl-ewwel taqsima l-logħob bejn iż-żewġ timijiet kien wieħed bilanċjat, iżda Għajnsielem ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima u kien JOSEPH VELLA li kkonkluda wara li d-difiża ta’ Victoria Hotspurs naqset milli tbiegħed il-periklu.

Għajnsielem irduppjaw fit-62 minuta hekk kif id-debuttant RODNEY BUTTIGIEG ikkonkluda azzjoni maħduma b’moda tajjeb