417 miljun – daqshekk tiswa’ r-rabta li għandu l-Gvern mal-Electrogas, f’kuntratt illi ġie kundannat bl-aħrax mill-Awditur Ġenerali xhur ilu.
Fi kliem sempliċi, biex il-Gvern jinħall minn dan il-kuntratt, kull ċittadin Malti jkollu jħallas l-ekwivalenti ta’ €1,000 – elf ewro minn bwietna.
Dan kollu ġie żvelat, waqt li kompliet d-diskussjoni fuq il-power station tal-Electrogas, fil-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi …fejn ġie eżaminat il-kuntratt marbut ma’ din il-power station.
Fil-laqgha tal-PAC…wieħed mill-konsulenti tal-Enemalta, David Galea u l-Awditur Ġenerali qalu li biex il-Gvern joħroġ min dan il-kuntratt u jopera dan l-impjant, se jkollu jħallas €417-il miljun.
Mistoqsi dwar dawn il-fatti, il-Ministru Edward Zammit Lewis wera li ma jafx kemm tiswa ghall-pajjiz din ir-rabta…u pressat b’aktar domandi, Zammit Lewis stqarr li ma xtaqx jagħti l-opinjoni tieghu.
Intant, fl-istess laqgħa tal-PAC kien konfermat, li d-deal skandaluż tal-Electrogas kien miftiehem mal-Partit Laburista sa minn qabel l-elezzjoni generali tal-2013.
//= $special ?>