Ix-xandir tal-Istat instab ħati li kiser żewġ artikli tal-Att dwar ix-xandir… foshom li ma ġewx ippreżentati veduti opposti.
L-akkuża saret kontra l-programm Popolin li xxandar fuq l-Istazzjon Nazzjonali fl-20 ta’ Ottubru li għadda. U s-suġġett ta’ dakinhar kien jitratta l-Bugdet.
Minkejja li dan il-programm tratta tema ta’ ġrajjiet kurrenti, xorta waħda kien sponsorjat ….u għaldaqstant dan kien jikkostitwixxi ksur ta’ Artiklu 16 minħabba li programmi ta’ aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti m’għandhomx ikunu sponsorjati.
Fid-decizjoni taghha, l-Awtorita tax-Xandir qalet li f’dan il-każ kien car li kien hemm ksur tal-ligi dwar ix-xandir.
Barra minn hekk mill-analiżi tal-programm deher li minkejja li s-suġġett għad-diskussjoni kien dwar policy pubblika kurrenti ….u li twassal ukoll għal kontroversja politika u industrijali, ma kienux ippreżentati veduti opposti għal dawk li kienu qed jiġu mwassla fil-programm. Dawn il-veduti ma ġewx ippreżentati lanqas fi programmi sussegwenti minkejja li dan is-suġġett baqa’ jkun diskuss.
L-Awtorità tax-Xandir qablet li l-istazzjon nazzjonali kien ħati fuq iż-żewġ akkużi li saru kontrih. Għaldaqstant l-Awtorità ddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata u imponiet penali ta’ €3,490 fuq il-PBS liema penali trid titħallas fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika.

