Lokali

Inċident bejn mutur u vettura fil-Fgura

Għall-ħabta tas-6pm seħħet ħabta bejn mutur u karozza fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku li qed jassistu lil persuni involuti. Ambulanza mill-Isptar Mater Dei waslet fuq il-post. Għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tal-vittmi.

F’toroq tal-inħawi nħoloq għadd ta’ traffiku kawża tal-inċident.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.