Hemm possibiltà kbira li jekk in-nies jingħataw vaċċini differenti tal-COVID għall-ewwel u t-tieni dożi, dawn kapaċi jkunu iżjed effettivi milli kieku iż-żewġ dożi jkunu tal-istess kumpanija. Dan intqal minn xjentisti fir-Renju Unit li bħalissa għaddejjin bi studji u testijiet dwar il-vaċċini li hawn fis-suq.
L-idea hi li mhux biss dan kapaċi jnaqqas drastikament il-firxa tal-virus, iżda wkoll jgħin fil-provvista li hemm bzonn ghad-dinja kollha.
It-taħlit tal-vaċċini mhix l-ewwel darba li ssemmiet. Fil-fatt, il-programmi ta’ tilqim għall-Ebola jinvolvu dożi differenti biex il-persuni jkunu iktar protetti.
U fi żviluppi oħra…. fl-Ingilterra kien konfermat illi sptar minn kull għaxra m’għandux soddod bizejjed għall-pazjenti bil-COVID. Dan filwaqt li madwar id-dinja kollha hawn xejn anqas minn 4,000 varjant tal-COVID ….ghalkemm il-Ministru Ingliż responsabbli mill-pandemija qal li l-probabbiltà hi li l-vaċċini li hawn bħalissa xorta waħda jaħdmu għall-varjanti.
Interessanti l-fatt l-analiżi li għamel ix-xjentist Andrew Hayward, meta qal li jridu jitlaqqmu dawk li ghandhom minn 50 sena ‘l fuq biex b’xi mod nirritornaw ghan-normalita’. Iżda sakemm jasal dan iż-żmien, is-sejha tibqa’ biex wieħed izomm l-attenzjoni…u jitlob l-assistenza medika jekk ikollu xi sintomi mhux tas-soltu.
//= $special ?>