Lokali

Isofri ġrieħi gravi f’idu waqt xogħol b’makkinarju

Ritratt: Martin Agius

Raġel minn Nepal ta’ 34 sena li jgħix il-Ħamrun, sofra ġrieħi gravi f’idu meta kien qed jagħmel xogħol b’makkinarju f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fil-limiti ta’ Ħal Farruġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.20 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post issejħet l-assistenza medika li wara l-ewwel għajnuna fuq il-post, ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

Il-Pulizija tad-Distrett għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.