Tottenham Hotspurs sofrew it-tielet telfa konsekuttiva fil-Premier League meta fit-Tottenham Hotspur Stadium kienu megħluba 1-0 minn Chelsea. Il-gowl deċiżiv tal-partita wasal wara 24 minuta meta Eric Dier waqqa lil Timo Werner fil-kaxxa bir-referee jordna penalty.
Minn ħdax-il metru JORGINHO ma żbaljax, b’Chelsea jagħrfu jikkontrollaw il-partita sat-tmiem biex b’hekk kisbu tliet punti importanti u qabżu lill-istess Tottenham fil-klassifika hekk kif telgħu fis-sitt post b’36 punt.
//= $special ?>