Lokali

Jitlef il-kontroll tal-quadbike u jibqa’ dieħel f’vann ipparkjat

L-Isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar raġel ta’ 36 sena sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-quadbike li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’vann li kien ipparkjat fi Triq ir-Rabat, in-Nadur.

Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-Pulizija u dik medika fejn taw l-ewwel għajnuna lill-vittma, residenti Ħaż-Żabbar. Tim mediku ħadu lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.