Lokali

AĠĠORNATA: Keith Schembri m’għadux fuq police bail

Analisti politiċi jgħidu li din "sitwazzjoni tal-biki

L-avukat Edward Gatt ikkonferma li Keith Schembri m’għadux fuq police bail. Dan wara li, skont dak li qal lill-ġurnalisti, Schembri m’għadux investigat b’rabta mal-famużi chats fuq WhatsApp.

AKTAR KMIENI

L-eks Chief of Staff f’Kastilja, Keith Schembri, mill-ġdid taħt interrogazzjoni.

Net News jikkonferma li ftit qabel is-14.00, Schembri daħal fil-binja tal-Economic Crimes Unit fil-Ħamrun. Dan wara li l-Pulizija lbieraħ wettqu interrogazzjoni simili fuq l-eks Ministru Konrad Mizzi.

Minn naħa tiegħu, Mizzi qatta’ madwar 90 minuta fil-bini tat-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi.

L-ismijiet ta’ Mizzi u Schembri kienu t-tnejn spiċċaw taħt il-lenti wara li faqqa’ l-iskandlu tal-Panama.

Konrad Mizzi kien is-sid ta’ waħda mill-kumpaniji fil-Panama, marbutin ma’ 17 Black  u li minnha kellhom jgħaddu maż-$2 miljun fl-ewwel sena minn negozju marbut mat-turiżmu u l-iskart. Mizzi kien ukoll il-moħħ wara l-proġett kontroversjali tal-Electrogas, u d-deal li kien sar ma’ Vitals Global Healthcare.

L-interrogazzjoni intemmet fit-15.30 u kien hawn fejn Keith Schembri ħareġ mill-binja u ma ta l-ebda kummenti lill-ġurnalisti.