Sport Sport Ieħor

Organizzat Kampjonat Nazzjonali tal-karting

(Ritratt: David Axisa)

Island Karting Club u Karting Club Malta ħabbru li bl-awtorità tal-Federazzjoni Maltij għall-Motorsport se jkun qiegħed jiġi organizzat Kampjonat Nazzjonali tal-Karting.

Dan il-kampjonat se jkun qiegħed isir fil-La Reve Karting Track f’Ħal Far u se jkun mqassam fuq ħames rounds. L-ewwel round se jsri fis-27 u t-28 ta’ Frar, bit-tieni round isir fis-27 u t-28 ta’ Marzu. It-tielet u r-raba round se jsiru bejn it-12 u t-13 ta’ Ġunju u l-10 u l-11 ta’ Lulju rispettivament bl-aħħar round isir fl-4 u l-5 ta’ Settembru.

Dan il-kampjonat mistenni jqajjem bosta nteress fost id-dilettanti tal-karting hekk kif huwa stmat li 150 żgħażugħ u żgħażugħa qed jipprattikaw dan l-isport.

Il-President tal-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport, Duncan Micallef qal li hu ta’ sodisfazzjoni li l-isport tal-karting qieħged jikber f’pajjiżna u li żewġ klabbs lokali ngħaqdu sabiex itellgħu dan il-kampjonat