Futbol Sport

Senglea u Pembroke jikkwalifikaw għal mal-aħħar 16

(Ritratt: Martin Agius)

Nadur Y………………………………….2

Senglea A………………………………..3

Nadur Y: S. Sultana, M. Tabone, L. Tabone, I. Xuereb, R. Soares, M. Barbosa, C. Camilleri, G. Muscat (M. Camilleri 56′), E. Domingos (O. Bugeja 19′), C. Debono, J. Santos Silva

Senglea A: A. Zammit, S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela. F. Gnindokponou, I. Misan, D. Fava, L. Riascos (D. Kukic 46′), D. Junior, D. Xuereb (S. Buhagiar 46′). W. Gomes (J. Tanti 34′)

Referee: D. Portelli

Assistenti referees: P. Apap, J. Muscat

Senglea kwalifikaw għar-rawnd li jmiss tal-FA Trophy meta fil-Gozo Stadium għelbu lit-tim mill-Ewwel Diviżjoni ta’ Għawdex Nadur Youngsters 3-2. Senglea fetħu l-iskor wara 16-il minuta permezz ta’ peanlty ta’ DIWOTO JUNIOR. Nadur irnexxielhom idawwru r-riżultat favur tagħhom meta l-ewwel kien MARCELO BARBOSA li minn ħdax-il metru għamel l-iskor indaqs biex fid-39 minuta, IAN XUEREB għamilhom 2-1. DIWOTO JUNIOR ġab l-iskor indaqs għal Senglea tliet minuti minn ftuġ it-tieni taqsima, bl-istess JUNIOR jiskorja l-hat-trick u jagħti kwalifikazzjoni lil Senglea fit-63 minuta. Nadur temmew jilgħabu b’għaxar plejers meta fil-81 minuta tkeċċa Rodolfo Soares.

Pembroke A………………..4

Marsaxlokk…………………..2

Pembroke A: M. Bonnici, N. Marshall, P. Farrugia, D. Sant, J. Ogunuppe (K. Frendo 65′), O. Pedrinho, A. Abdeen (J. Oghenekewaro 88′), T. Fenech (M. Zarb 80′), J. Bajada, G. Attard, L. Chiedozie (M. Ciantar 46′)

Marsaxlokk: F. Tabone, C. Degabriele, P. Morales, G. Barone (B. Sciberras 79′), D. Cartella (D. Sammut 79′), P. Doffo, T. Semati (P. Xuereb 46′), C. Brincat (J. Spiteri 70′), R. Sammut (R. Fenech 46′), R. Winchester, L. Zezinho

Referee: A. Jovanovic

Assistenti referees: A. Camilleri, T. Debono

F’partita bejn żewġ timijiet mill-BOV Challenge League, Pembroke Athelta ħarġu rebbieħa 4-2 fuq Marsaxlokk. Kienu Marsaxlokk li fetħu l-iskor wara żewġ minuti permezz ta’ RYAN SAMMUT. Pembroke rrispondew u skorja tliet darbiet. L-ewwel kien JOJO OGUNUPPE li ġab l-iskor indaqs fil-11-il minuta biex għaxar minuti wara OLIVEIRA PEDRINHO għamilhom 2-1. L-istess PEDRINHO għamel l-iskor 3-1 fis-57 minuta. Marsaxlokk reġgħu daħlu fil-partita fil-61 minuta permezz ta’ penalty ta’ PABLO DOFFO. Ħames minuti wara ABDUL ABDEEN aċċerta mill-kwalifikazzjoni ta’ Pembroke

FA TROPHY

Rawnd tal-aħħar 32: Illum: Nadur Y. v Senglea A. 2-3, Pembroke A v M’xlokk 4-2 Għada: Gozo Stadium: Għajnsielem v Victoria H. 7.00pm