Fl-aħħar jiem inħlew 50 doza tal-vaċċin għal kontra l-COVID. Dan kien konfermat mill-Ministru Chris Fearne wara domanda li saret minn Net News waqt zjara li l-istess Ministru tas-Saħħa kien qed jaghmel fic-Centru tal-Onkologija.
Minn mindu beda jingħata t-tilqim f’pajjiżna, kien qed jiġi segwit proċess li jsir fil-post fejn jingħata t-tilqim. Iżda minn ftit tal-ġranet ilu, dan il-proċess inbidel bil-konsegwenza li spiċċaw intilfu numru ta’ tilqim.
Chris Fearne spjega kif minn kull fjala, joħorġu ħames dożi…u allura, fi kliem semplici, dan ifisser li tlifna 50 doza.
Il-Ministru tas-Saħħa kkonferma wkoll illi fl-aħħar jiem kienu reġistrati 12-il każ ieħor ta’ varjant tal-COVID.. b’Fearne jgħid li kull min jasal minn barra u jirriżulta pożittiv, qed isirlu l-genetic sequencing sabiex isir magħruf jekk hux każ tal-varjant.
Intant, fl-istess konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, thabbret mediċina ġdida għal kontra l-kanċer li se tiddaħħal fil-formularju tal-Gvern.
Il-progett tal-Isptar tal-Onkologija kien sar mill-aħħar Gvern Nazzjonalista, b’fondi Ewropej.