ŻEJTUN ……………….0
BIRKIRKARA ………….3
Żejtun: I.Kone, L.Moreira, K.Reid, J.Suda, T.Bonfim (A. Carabott 73’), C.Grech, H.Marcelino, S.Barboza, V.Vieira, E.Herrera, N.Tabone
Birkirkara: A.Sylla, E.Pepe, Y.Yankam, P.Mbong, K.Zammit, F.Falcone, F.Verde, C.Bonanni, C.Prado (O.Sciberras 90’), O.Carniello, A.De Paixao (I.Notw 77’)
Referee: D. Portelli
Assistenti: A.Camilleri, L.Portelli
Birkirkara komplew bil-mixja pożittiva tagħhom fil-kampjonat b’rebħa komda fuq Żejtun bl-iskor ta’ 3-0. Għal Birkirkara din kienet it-12-il logħba mingħajr telfa biex b’hekk Birkirkara telgħu fir-raba’ post tal-klassifika b’34 punt u komplew iqawwu it-tamiet tagħhom li jiksbu post fl-Ewropa. Min-naħa l-oħra din it-telfa diżappuntanti għal Żejtun tħallihom fil-11-il post tal-klassifika bi 23 punt.
Birkirkara bdew tajjeb u fit-12-il minuta marru fil-vantaġġ meta Paul Mbong kien mwaqqa’ fil-kaxxa min Kemar Reid, bir-referee Daniel Portelli jordna penalty. Mill-ħdax-il metru ALEX DE PAIXAO ra l-ewwel konkluzżjoni tiegħu parzjalment salvata mill-gowlkiper ta’ Żejtun Ibrahim Kone, iżda mit-tieni tentattiv tefa’ ġewwa biex għamel l-iskor 1-0. Żejtun kienu periolużi ftit minuti wara meta minn cross ta’ Victor Vieira, id-daqqa ta’ ras ta’ Lucas Moreira għaddiet tħakkek mal-lasti ta’ Sylla. L-aħħar ċans tal-ewwel taqsima wasal għand Żejtun meta Sergio Barboza ittanta xortih b’xutt bid-dawra li għadda ftit barrra.
Fit-tieni taqsima Birkirkara ħarġu jfittxu it-tieni gowl u għamlu dan fis-57 minuta meta b’ġirja tajba Alex De Paixao għeleb in-nasba tal-offside u għadda li CAIO PRADO li mill-viċin ma żbaljax u għamilhom 2-0 għal Karkariżi. Birkirkara baqgħu jiddominaw biex fit-83 minuta għamluwhom tlieta meta għal darb’oħra wara ħarba tajba reġa kien CAIO PRADO li b’xutt angolat għamel l-iskor 3-0. Birkirkara kienu sfortunati li ma skorjawx ir-raba’ gowl meta tliet minuti mit-tmiem id-daqqa tar-ras tal-plejer Oscar Carniello stampat mal-lasta.
//= $special ?>