Lokali

“Din hija biss parti mill-puzzle” – Albert Gauci Cunningham wara l-interrogazzjonijiet ta’ dil-ġimgħa

Il-fatt li saret ħaġa “normali” li persuni li kienu jokkupaw parti ċentrali fil-kuriduri ta’ Kastilja kif ukoll Deputati Parlamentari jiġu msejħa mill-Pulizija – diga’ turik li hemm xi ħaġa ħażina.

Dan il-ħsieb kien espress mill-editur tal-ġurnal Illum, Albert Gauci Cunningham waqt intervista fuq il-programm Net Live wara li f’temp ta’ 24 siegħa l-Pulizija sejħu għal aktar investigazzjonijiet lill-eks chief of staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri kif ukoll lid-Deputat Parlamentari u eks Ministru Laburista Konrad Mizzi.

Skont l-Avukat ta’ Keith Schembri, Edward Gatt, il-klijent tiegħu m’għadux taħt police bail – illi jfisser li bħalissa m’għadux investigat b’rabta mal-famużi messaġġi fuq whatsapp. Madanakollu, l-editur tal-gazzetta illum traduċa l-ħsieb ta’ bosta b’mod voċiferu u insista li din għadha biss parti mill-puzzle li ssawwar din l-istampa sħiħa; stampa magħġuna matul bosta snin ta’ pjanar makjaveljan

Fix-xhieda tiegħu fil-Qorti, il-middleman fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, sostna illi Yorgen Fenech kien qal lil Keith Schembri li hu kien ordna li ssir l-eżekuzzjoni…. b’Fenech jgħid lil Schembri, “ma stajtx nagħmel mod ieħor”.

Intant, ufficjali qrib l-investigazzjonijiet ikkonfermaw ma’ dan l-istazzjon li l-istharrig marbut mac-chats ta’ Yorgen Fenech ghadu ghaddej.