Futbol Sport

Floriana u Santa Lucia jaqsmu l-punti f’partita mimlija azzjonijijet

Ritratt: (Domenic Aquilina

FLORIANA …………1

SANTA LUCIA………1

Floriana: E.Akpan, E.Ruiz, D.Venancio, K.Keqi, J.Pisani, N.Garcia, M.Dias, J.Busuttil, J.Lombe (D.Agius 77’), A.Louzada (S.Arab 83’), R.Camenzuli

Santa Lucia: M.Montfort, T.Tabone Desira, A.prates, C.Uzeh, A.Magri Overand, L.Motta (N.Pulis 62’) , A.Da Silva, K.Ante Rosero, J.Zerafa, A.Caseres

Referee: A. Johnson

Assistenti Referees: E.Spiteri, E.Ciantar

Floriana daħlu għal din il-partita wara serje ta’ riżultati negattivi li ħallewhom jitħabtu mal-postijiet tan-naħa t’isfel tal-klassifika. Min-naħa l-oħra Santa Lucia, kienu għadhom ġejjin minn żewġ riżultati negattivi u jridu jkomplu jiksbu aktar punti sabiex jikkonsolidaw posthom f’nofs il-klassifika.

Minkejja li Floriana ħarġu tajjeb l-ewwel azzjoni denja ta’ nota marret għal Santa Lucia meta ix-xutt mid-distanza ta’ Magri Overand impenja lill-gowlkiper ta’ Floriana Etim Akpan. Biż-żewġ timijiet jaqsmu il-logħob f nofs il-grawnd ftit li xejn kienu perikolużi fl-ewwel għoxrin minnuta. Santa Lucia kienu viċin il-gowl fis-27 minuta minn żewġ azzjonijiet wara xulxin. L-ewwel kien cross minn fuq il-lemin ta’ Ante Rosero li sab lil Caseres li ikkonkluda bir-ras u sab lil Akpan jsalva. Bid-difiża tonqos mill tbiegħed il-periklu reġa kien Caceres li wara pass tajjeb ikkonkluda , b’Akpan jerġa jkun strumentali, biex mit-tieni tentattiv bir-ras l-istess Akpan reġa kien provdenzjali għat-tim tiegħu.

Madanakollu kontra ix-xejra tal-logħob Floriana marru fil-vantaġġ fit-32 minuta meta minn xogħol tajjeb fuq il-linja leminija Marcelo Diaz tefa’ cross tajjeb, bil- gowlkiper Miguel Montfort ma jilħaqx, biex ADRIANO LOUZADO tefa’ bir-ras ġo lasta vojta.

Fit-tieni taqsima iż-żewġ timjiet ħarġu għatxana biex jiksbu it-tliet punti. Santa Lucia resqu viċin il-gowl tad-draw fl-54 minuta meta minn free kick ta’ Magri Overand, Kevin Ante Rosero ghola fuq kulħadd bid-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-mimduda, bir-referee jwaqqaf l-azzjoni sussigwenti minħabba offside.

Santa lucia reġgħu għal darb’oħra resqu viċin li jiskorkaw meta min free kick ta Souza, Akpan salva tajjeb, b’Ante Rosero jara it-tieni tentattiv teigħu salvat minn Akpan.Santa Lucia ġabu id-draw fil-65minuta meta minn cross minn fuq il-lemin kien l-attakant ptolifiku KEVIN ANTE ROSERO li bir-ras għeleb għal kollox lil Akpan għal 1-1.

Minkejja l-isforzi taż-żewġ timijiet il-partita intemmet bl-iskor ta’ 1-1 bi Floriana jibqgħu ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat mill-bidu ta’ Diċembru.