Gżira daħħlu protest mal-MFA minħabba l-plejer Sergio Cruz Pereira, fejn qegħdin jgħidu li dan il-plejer kien reġistrat ma’ numru ta’ klabbs aktar milli suppost fi staġun wieħed.
Dan il-plejer kien utilizzat bħala sostitut fil-partita ta’ nhar l-erbgħa, b’ Gudja United jġibu id-draw lejn l-aħħar tal-partita.
Sadanittant Gudja United iridu jistennew li jinstema il-protest sabiex ikunu jafu jekk il-plejer hux ser ikun inkluż fl-iskwadra kontra Ħamrun, fejn min-naħa l-oħra, Gżira ser jkunu qegħdin ifittxu li jpattu għal dan id-draw bi tliet punti importanti kontra Mosta.
//= $special ?>