Malta u l-Ġermanja ilhom snin igawdu minn relazzjoni tajba għax, bħala żewġ Stati Membri fl-Unjoni Ewropea, għandna interessi komuni għal qalbna.
Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta laqa’ fl-Uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali lill-Ambaxxatur Ġermaniż għal Malta Walter Habmann.
Bernard Grech fakkar kif fi żmien Gvern Nazzjonalista, iż-żewġ pajjiżi ħarsu lejn xulxin b’rispett.
Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur Habmann qal li jemmen li għandu jiddiskuti wkoll mal-Partit fl-Oppożizzjoni għax iħoss li d-diskussjonijiet bilaterali huma importanti ħafna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretaru Internazzjonali tal-Partit Roselyn Borg Knight.
//= $special ?>