Futbol Sport

Il-gowlkiper ta’ Ajax Andre Onana sospiż 12-il xahar

Il-gowlkiper ta’ Ajax Andre Onana ġie sospiż 12-il xahar milli jilgħab il-futbol minħabba li ttestja pożittiv għal sustanza projbita mill-UEFA.

Onana li għandu 24 sena, ittestja pożittiv f’Ottubru li għadda għas-sustanza furosemide. L-istess gowlkiper saħaq li hu kien ħa xi mediċina preskritta lil mara tiegħu bi żball, meta kien qed iħossu ma jiflaħx.

Kemm Onana kif ukoll Ajax saħqu li se jappelllaw minn din id-deċiżjoni bid-direttur maniġerjali Edwin Van der Sar jisħaq li Ajax huma kompletament kontra l-użu ta’ sustanzi projbiti.

B’hekk il-gowlkiper internazzjonali tal-Cameroon, mistenni jitlef it-Tazza tan-Nazzjonijijet Afrikani li kellha issir fl-2021, iżda ġiet posposta għal Jannar tal-2022 minħabba l-pandemija.