Il-Partit Nazzjonalista jinnota l-ħatra ta’ Kunsill Presidenzjali għal-Libja wara vot li ttieħed illum f’Ġinevra.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin, Carm Mifsud Bonnici, flimkien mas-Segretarja Internazzjonali tal-PN, Roselyn Borg Knight, spjegaw li taħt proċess immexxi minn Stephanie Williams f’isem s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Magħquda bħala rappreżentanta speċjali għal-Libja ġew magħżula interim tliet persuni sabiex imexxu sakemm isiru l-elezzjonijiet ġenerali.
Il-Partit Nazzjonalista awgura li dan il-proċess jintlaqa’ tajjeb u jkompli biex naraw il-Libja timxi fl-istabbilta’ u d-demokrazija. Pajjiż tal-Libjani mmexxi mil-Libjani.
//= $special ?>