Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-festi huma parti integrali mill-kultura ta’ pajjiżna u jridu jiġu mħarsa. Għalhekk Partit Nazzjonalista fil-Gvern iwiegħed li jissussidja l-ispejjeż imposti riċentament fuq il-kmamar tan-nar sabiex jiġi assigurat li l-aspett tradizzjonali tal-festi ma jispiċċax fix-xejn.
Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’laqgħa li kellu mal-Għaqda Piroteknika Maltija, fejn ġew diskussi l-isfidi li qegħdin jaffaċċjaw il-kmamar tan-nar fid-dawl tal-ispejjeż imposti fuqhom mill-Gvern Laburista u li ma jifilħux għalihom.
Preżenti għal-laqgha flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien hemm ukoll il-Kelliem għall-Agrikoltura, Sajd u n-Negozji ż-Żgħar Edwin Vassallo u l-Kelliem għall-Gvern Lokali, Wirt Nazzjonali u ż-Żgħażagħ Karl Gouder.
//= $special ?>