Il-Partit Nazzjonalista kkundanna l-attakki li saru fil-mezzi soċjali fuq d-Deputat Nazzjonalista u persuna b’diżabbiltà Kevin Cutajar.
Dan ħareġ fi stqarrija maħruġa mill-Viċi Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja, David Agius, liema stqarrija tkompli tgħid li dawn l-attakki f’forma ta’ posts fuq Facebook ixekklu l-ħidma u l-avvanzi li jkunu qed isiru f’dan il-qasam relatat ma’ persuni b’diżabbiltà.
Il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjonijiet kollha neċessarji sabiex ma jerġax jiġi ripetut każ bħal dan.
Il-Partit Nazzjonalista juri solidarjetà sħiħa ma’ Kevin Cutajar u jħeġġu biex ikompli fil-ħidma tiegħu għall-ġid ta’ pajjiżna.
//= $special ?>