Internazzjonali

Imut l-istilla Kanadiż Christopher Plummer

Plummer hu magħruf għax-xogħol impekkabli tiegħu fil-films 'The Sound of Music' u 'All the Money in the World'

Fl-aħħar ħin ġiet imħabbra l-mewt tal-istilla Kanadiż, Christopher Plummer fl-età ta’ 91 sena fejn matul il-karriera tiegħu bħala attur ħadem għadd ta’ films fosthom The Sound of Music u All the Money in the World.

Plummer kien deskritt mill-manager tiegħu bħala persuna li verament ħabb il-professjoni tiegħu. Fil-fatt, matul il-karriera tiegħu hu rebaħ ħames premji għall-aqwa attur.

L-attur Kanadiż kien magħruf l-iktar għall-irwol li ħadem bħala Captain von Trapp f’The Sound of Music li ħareġ fl-1965.