Fl-ewwel partita mill-21 ġurnata tas-Serie A Inter għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 2-0. Inter daħlu għal din il-partita fit-tieni post biex b’hekk b’din ir-rebħa huma telgħu momentarjament fl-ewwel post tas-Serie A, b’ logħba aktar mir-rivali Milan.
Inter marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta minn pass ta’ Alexis Samchez kien NICOLO BARELLA li b’xutt mill-isbaħ mid-distanza poġġa l-ballun fl-anglu tax-xibka u ma ta l-ebda ċans lill-gowlkiper isalva.
Inter irdoppjaw fil-bidu tat-tieni taqsima, meta fit-52 minuta Achraf Hakimi avvanza tajjeb mal-linja biex minn pass tajjeb kien IVAN PERISIC li minn pożizzjoni faċli kompla għal ġewwa biex għamel l-iskor 2-0.
Inter kienu ferm viċin li jiskurjaw it-tielet gowl meta minn cross minn fuq ix-xellug Skriniar għola fuq kulħadd bid-daqqa ta’ras tiegħu tgħaddi ftit ‘il fuq mill-lasti ta’ Dragowski.
Fiorentina ftit li xejn kienu perikolużi u marru viċin fl-aħħar mumenti tal-partita permezz ta’ xutt tajjeb ta’ Kevin Malcuitt li għadda ftit għoli. B’hekk b’din it-telfa Fiorentina baqgħu fil-ħdax il-post tal-klassifika tas-Serie A.
Serie A: Illum: Fiorentina v Inter 0-2, Għada: Atalanta v Torino 3.00pm, Sassuolo v Spezia 3:00pm, Juventus v Roma 6.00pm, Genoa v Napoli 8.45pm, Il-Ħadd: Benevento v Sampdoria 12.30pm, Milan v Crotone 3.00pm, Udinese v Hellas Verona 3.00pm, Parma v Bologna 6.00pm, Lazio v Cagliari 8.45pm
//= $special ?>