Internazzjonali

Ir-Russja tkeċċi diplomatiċi Ewropej minħabba l-protesti dwar Navalny

Ir-Russja keċċiet tliet diplomatiċi — mill-Ġermanja, il-Polonja u l-Iżvezja, rispettivament — talli huma, allegatament, issieħbu fil-protesti favur il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu, Alexei Navalny, li kien ikkundannat il-ħabs (fir-Russja) aktar kmieni fil-ġimgħa.

Il-Ministeru Russu għall-Affarijiet Barranin qal li t-tliet diplomatiċi ħadu sehem ‘f’dimostrazzjonijiet illegali’ fit-23 ta’ Jannar.

Intant kelliema għall-Ministeru Żvediż għall-Affarijiet Barranin ċaħdu li d-diplomatiku tal-Iżvezja f’Moska ħa sehem f’xi dimostrazzjoni fil-kapitali Russa.

Alexei Navalny hu magħruf bħala wieħed mill-akbar kritiċi tal-President tar-Russja, Vladimir Putin.