Aħbarijiet pożittivi iżda wkoll ta’ dieqa illum hekk kif għat-tieni jum konsekuttiv, kien reġistrat l-inqas numru ta’ każi pożittivi għal diversi ġimgħat.
Fil-fatt fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 57 każ ġdid u fl-istess żmien fiequ 134 persuna.
Iżda min-naħa l-oħra, wara jum mingħajr imwiet, f’dawn l-aħħar 24 siegħa mietu 4 persuni oħra – kollh irġiel. Tlieta minnhom 84, 91 u 92 sena mietu fl-Isptar Mater Dei filwaqt li raġel ieħor ta’ 85 sena miet f’San Vinċenz de Paule. It-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom mill-bidu tal-pandemija issa tela’ għal 277.
Bin-numri tal-lum ta’ persuni li fiequ u li sfortunatament mietu, in-numru ta’ każi attivi issa hu ta’ 2,464.
It-total ta’ każi minn Marzu sal-lum tela’ għal 18,442 filwaqt li n-numru ta’ persuni li fiequ mill-Covid-19 żdied għal 15,701
//= $special ?>