Ir-Royal Malta Yacht Club nediet il-kalendarju tal-avvenimenti tal-ibburdjar għall-2021. Dan il-kalnedarju kien imħejji mir-Rear Commodore Peter Dimech flimkien mal-kumitat tal-klabb u ekwipaġġ li regolarment jagħtu l-opinjonijiet tagħhom u jaqsmu l-esperjenzi flimkien.
Il-kalendarju jinkludi madwar erbgħin tellieqa b’selezzjoni ta’ tlielaq kostali, offshore u short handed li se jolqtu l-gosti tal-membri kollha tal-klabb. L-istess klabb ħabbar li se jkun hemm tliet Challenge Trophies li jinkludu dawk kostali, offshore u dawk short handed. B’hekk il-parteċipanti se jakkumulaw punti matul il-kalendarju li se jkun jgħoddu għal dawn it-trofej annwali.
L-ewwel tellieqa ta’ dan l-istaġun se ssir fl-14 ta’ Frar fil-ħdax ta’ filodu u se tkun parti mit-tlielaq kostali. Il-klabb ħa l-inizjattiva li jikkollabora ma’ numru t’ Assoċjazzjonijijet tal-SB20 sabiex jospita diversi tlielaq, bl-ewwel Malta J Cup se tkun organizzata bejn is-26 u 30 ta’ Marzu.
Lil hinn mill-ixtut Maltin, il-klabb se jorganizza l-Vega Race b’ tul ta’ 90 mil nawtiku biex se tkun l-ewwel tellieq offshore għal din is-sena. Tħababr ukoll li il-61 edizzjoni tas-Syracuse-Malta Race se ssir fix-xahar ta’ Lulju, b’bosta baħrin Tajani diġa issottomettew ir-reġistrazzjoni tagħhom.
Ir-Rear Commodore Peter Dimech spjega kif minkejja l-pandemija il-klabb huwa determinat li jospita it-tlielaq kollha filwaqt li josservaw il-protokolli stipulati mill-awtoritajiet tas-saħħa.
//= $special ?>