Skont il-Ministeru tal-Intern Ġermaniż, Liverpool mhux se jitħallew jidħlu fil-Ġermanja għal partita taċ-Champions League kontra Red Bull Leipzig fis-16 ta ‘Frar minħabba regoli stretti ta’ dħul imposti minħabba l-pandemija tal-Covid-19 .
Il-pulizija federali Ġermaniża infurmat lil Red Bull Leipzig li l-każ deskritt ma jissodisfax ir-rekwiżiti għal eċċezzjoni għar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar . Skond l-Agenzija tal-Aħbarijiet AFP, Leipzig issa qed ifittxu post alternattiv. Il-klabb tal-Bundesliga mistenni jilqa’ liċ-ċampjins tal-Premier League Liverpool f’logħba taċ-Champions iżda l-ippjanar għall-partita ġie mtawwal mir-restrizzjonijiet tal-ivjaġġar li hemm bħalissa fil-Ġermanja.
Ir-regoli l-ġodda, li mistennija jdumu sal-għada tal-logħba, jipprojbixxu vjaġġaturi minn pajjiżi milquta minn varjanti ġodda u aktar kontaġjużi tal-koronavirus bħall-Gran Brittanja. Skond rapporti tal-media fil-Ġermanja, ir-regolamenti tal-UEFA jiddikjaraw li Leipzig għandha ssib mod kif tospita l-partita jew tirriskja li tingħata telfa ta ‘3-0.
L-aktar soluzzjoni ideali tibqa’ li tilgħab f’pajjiż newtrali barra l-Ġermanja, jew li jsir qbil biex l-ewwel leg tintlgħab f’Anfield.
//= $special ?>