“Min seta’ jfixkel lil Yorgen Fenech? Melvin Theuma biss seta’ jagħmel dan. Minħabba li kelli r-recordings. Darba tant kont imdejjaq li kont se naqbeż minn fuq il-bejt. Imma mbagħad ħsibta sew u għidt li jekk nagħmel hekk, Yorgen Fenech se jispiċċa b’sigarru f’ħalqu, sieq fuq sieq.”
Dan ħareġ mix-xhieda ta’ Melvin Theuma waqt li kien qed isir il-kontro-eżami ta’ Melvin Theuma mill-Avukat Jason Azzopoardi fil-kumpilazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-Avukat Azzopardi staqsa lil Thuema dwar parti speċifika fir-recordings, li kienet tgħid: “Aħna lestejnaha, għamluha lilha u dak hu … ġara xi ħaġa oħra? Kien hemm xi caqliq? ”.
B’leħen imqanqal imma kemmxejn problematiku Theuma qal: “Jien għedt lil Yorgen. Huma poġġew il-bomba u mbagħad xejn iżjed ma ġara. Jien kont nibża’ fl-ewwel ftit jiem wara l-bomba, imma mbagħad kien assigurani li mhu se jiġri xejn.”
L-Avukat Azzopardi rrefera lix-xhud għall-laħam li Yorgen Fenech kien tah u li huwa rema’, gax beża li seta’ ġie avvelinat. Theuma qal li n-negozjant kien tah ukoll flixkun inbid li huwa wkoll rema.
Fenech kompla jgħid li Fenech kien xgtralu wkollbiljett tal-ajru lejn Franza biex imur jara t-tlielaq taż-żwiemel iżda huwa rrifjuta li jmur. ” Hawn Yorgen kien verament irrabjat,” qal ix-xhud.
Kif bdiet is-seduta seħħew diversi problemi tekniċi peress li ħafna mir-recordings li kellhom jisntemgħu ma kienux qegħdin jaħdmu. Disa’ files ta’ recordings ma nfetħux, bl-avukat tad-difiża Marc Sant jgħid li jidhirlu li anke fil-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech kien hemm xi files li ma bdewx jinfetħu.
Is-Supretendent Keith Arnaud jikkonferma li kien hemm tmien jekk mhux disa’ files li kienu problematiċi. Fil-Qorti tal-Maġistrati kien ipprogrammat li jitkompla l-kontro-eżami mid-difiża tal-middleman Melvin Theuma li ngħata l-proklama mill-Istat biex jgħid il-verita kollha fuq il-każ.
Il-kumpilazzjoni saret fil-konfront ta’ George Degiorgio ta’ 56 sena magħruf bħala “Iċ-Ċiniż, ħuh Alfred Degiorgio ta’ 54 sena, magħruf bħala “Il-Fulu” t-tnejn minn San Pawl il-Baħar kif ukoll Vincent Muscat ta’ 57 sena mill-Imsida magħruf bħala “Il-Koħħu”.
Huma qegħdin jiġu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia f’Ottubru tal-2017 permezz ta’ karozza bomba fil-Bidnija. L-avukat difensur ta’ Vincent Muscat, Marc Sant qal lill-Maġistrat li kien hemm xi files ta’ recordings li huwa ma setax jiftaħ jew jaċċessa. Tenna li xtaq li jkompli jagħmel il-mistoqsijiet dwar ir-recordingsli nstemgħu fil-Qorti l-Erbgħa.
Fir-recording li nstema’ għall-ftit tal=ħin jinstemgħu jitkellmu żewġ irġiel imma ftit li xejn intema’ l-kontenut minħabba li l-ilħna xejn mhuma ċari. Sentenza li nstemgħet kienet tgħid “Kien jitkellem ħafna miegħi.”
Theuma qal li f’dan ir-recording kienu qed jitkellmu hu u Yorgen fir-razzett ta’ Fenech f’Ħaż-Żebbuġ, u dan wara li seħħ id-delitt. Dan meta “Il-Koħħu” beda jitkellem dwar id-delitt wara li ġie arrestat.
“Naħseb li qed tigdeb,” qal Sant li sfida lil Theuma. Huwa jgħid li l-fajl inħoloq fis-17 ta’ Diċembru 2017, ġimagħtejn biss wara li ġew arrestati l-akkużati. L-Avukat Sant qal lil Theuma li jaħseb li qed jigdeb, għax l-espert tal-IT qallu li dan ir-recording sar fis-17 ta’ Diċembru tal-2017.
L-Avukat Philip Galea Farrugia, Deputat Avukat Ġenerali talab lill-Avukat Sant biex jispjega minn fejn ġab il-pen drive. Il-Maġistrat qalet li l-Qorti qed tuża apparat, mogħti minn espert, biex tassigura li l-pen drive ma tiġix imbagħbsa.
L-Avukat Sant jagħti n-numru ta’ audio file ieħor. Hekk kif l-espert tekniku tal-Qorti jfittex il-fajl relattiv li apparentement ma setax jinfetaħ. F’ħin minnhom file beda’ jinstema’ mingħajr ebda diskors, instemgħu biss geġwiġija ta’ ħsejjes.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit għamlet kuntatt mal-espert tal-informatika tal-Qorti, li qalilha li dawn ir-recordingss huma “partly recovered data.” Hawn hija qrat parti mill-messaġġ li bagħtilha, fejn qalilha li l-files mhux possibbli li jiġu rkuprati.
L-Avukat Cuschieri qal li l-Prosekuzzjoni kienet taf bil-problema imma ma qaltilhomx, b’Arnaud jirribitti bil-kliem; “Mhux hekk.” Tenna li mill-mod kif wieġeb l-espert, jidher li l-files mhumiex l-istess li qed tirreferi għalihom id-difiża.
Arnaud qal li r-recordings kollha li Theuma kien ilu jġorr mal-arrest tiegħu f’Novembru 2019 ingħataw lid-difiża. “Nista’ nassigurak li t-tapes kollha fil-pussess ta’ Melvin Theuma fil-ħin tal-arrest tiegħu ġew ippreżentati fir-rekords ta ‘dan il-każ,” iċċara Arnaud.
L-Avukat Cuschieri iddetta verbal lill-Qorti li fiha jgħid li wħud mir-recordings fuq il-hard drive provduti lid-difiża ma kinux aċċessibbli faċilment u għalhekk għandhom isiru aċċessibbli permezz ta’ traskrizzjoni.
L-Avukat Sant issekonda s-suġġeriment. Fir-rigward tal-mistoqsija li saret lil Melvin Theuma dwar id-data ta’ waħda mir-reġistrazzjonijiet, Sant jgħid li se jitlob lill-espert tal-qorti biex jikkonferma d-dettalji tar-reġistrazzjoni.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra, megħjuna mid-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia Avukati difensuri.
William Cuschieri qed jidher għal aħwa Degiorgio u Marc Sant għal Muscat. L- Avukati tal-parte civile huma Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia għall-familja Caruana Galizia.