Filwaqt li l-Gvern qiegħed jiftaħar li skont iċ-ċifri tal-Eurostat f’pajjiżna kien hawn aktar bejgħ matul ix-xahar ta’ Diċembru meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2019. Dan jikkuntrasta kompletament mal-istudji mwettqa fl-ahhar gimghat, għaliex fil-verità qatt ma konna agħar.
Hekk sosniet il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji fejn insistiet li s-sentiment qalb in-negozji lokali huwa wieħed ta’ tħassib kbir. L-istudju li twettaq tul ix-xahar ta’ Jannar wera li l-pandemija tal-Covid-19 ħalliet impatt qawwi fuq id-dħul tal-ħwienet, b’daqqa ta’ ħarta serja fuq id-dħul ekonomiku u l-kummerċ b’mod ġenerali.
Għaldaqstant il-Kamra tal-SMEs spjegat li bla ebda dubju wieħed jasal f’konklużjoni li dawn iċ-ċifri li l-Gvern Laburista qed jiftaħar bihom u l-polz tal-ħaddiem, huma żewġ realtajiet differenti.
Xhieda ta’ dan huwa dak li sab l-istudju mwettaq mill-Kamra tal-SMEs fejn skont l-istħarriġ, ftit inqas minn 40% tal-parteċipanti saħqu li l-bejgħ waqt il-festi tal-Milied naqsilhom b’aktar minn nofs, .u 18% jisħqu li naqsilhom ix-xogħol bi 30% – b’9% biss jgħidu li żdidilhom ix-xogħol.
Dan filwaqt li bosta negozji esprimew it-tħassib tagħhom dwar kemm jistgħu jdumu ikampaw b’dan il-qligħ miżeru – bi 28% minnhom jgħidu li jifilħu biss sa nofs is-sena Bil-maġġoranza jinsistu li biex ikampaw għandhom bżonn l-għajnuna tal-Wage Supplement għal bqija tas-sena kollha.
Jikkummenta l-Viċi President tal-Kamra tal-SMEs, Marcel Mizzi, illi ddeskriva s-sitwazzjoni bhala waħda diżastruża.
//= $special ?>