Lokali Qorti

Sentenza sospiża fuq attentat ta’ serq minn dar

Darko Stojanovic ta’ 23 sena mis-Serbja u Michal Lukasz Nowak ta’ 38 sena mill-Polonja ġew ikkundannati sena ħabs sospiżi għal tlieta wara li ammettew li ppruvaw jisirqu minn dar fi Triq Karm Zerafa f’Birkirkara għall-ħabta tas-1.20pm.

L-attentat ta’ serq seħħ fis-26 ta’ Marzu li għadda fejn l-irġiel ippruvaw jidħlu f’appartament meta kienu mwaqqfa minn sid il-propjetà. Huma ammettew ukoll ta’ attentat ta’ serq aggravat ta’ aktar minn €2,329.37

Stojanovic u Nowak kienu arrestati biswit ħanut tal-merċa f’Birkirkara wara li l-Pulizija ntraċċawhom permezz ta’ kameras tas-sigurtà. Huma ammettew ukoll li għexu ħajja ta’ żewġ għażżenin u ta’ vagabundaġġ.

Huma ammettew l-akkużi quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.
Fil-Qorti ħareġ li l-irġiel m’għandhomx saqaf fuq rashom u m’għandhomx impjieg. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elton Taliana.