Il-Prim Ministru desinjat tal-Italja, Mario Draghi, mistenni jiddiskuti s-sitwazzjoni politika mar-rappreżentanti tat-trade unions qabel it-tmiem tal-konsultazzjonijiet li jgħinuh jiddeċiedi jekk għandux biżżejjed appoġġ biex jifforma Gvern ġdid.
Draghi, l-eks Kap tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandu jikkonkludi l-konsultazzjonijiet mal-partiti politiċi Taljani fi tmiem il-ġimgħa.
Aktar kmieni fil-ġimgħa, il-President Taljan, Sergio Mattarella, talab lil Draghi biex jifforma Gvern, jiem wara li xoljiet il-koalizzjoni tal-eks Prim Ministru Giuseppe Conte.
Intant, Draghi qed jinsisti biex ‘l-Italja taħtaf il-mument opportun’ – u meta hu, s’issa, qed jidher garantit mill-appoġġ tal-Partit PD taċ-ċentru-xellug u l-Partit taċ-ċentru Italia Viva, li qed titmexxa mill-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi.
//= $special ?>