Internazzjonali

Tlieta feruti wara splużjoni f’Bordeaux fi Franza

Is-servizzi tal-emerġenza Franċiżi qegħdin jirrispondu għal splużjoni li seħħet fi blokka bini f’Bordeaux.

L-awtoritajiet Franċiżi stqarru li bħalissa tlieta min-nies jinsabu mweġġa kawża tal-isplużjoni, b’diversi uffiċjali jiddikjaraw li ż-żona fejn seħħet l-isplużjoni tinsab magħluqa għall-publiku.

S’issa għadhom mhux konfermati b’mod preċiż id-dettalji marbuta ma’ din l-isplużjoni iżda l-medja lokali f’Bordeaux qed tirrapporta li l-każ kien marbuta ma’ leak ta’ gass fil-binja.